21.11.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 282/36
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-30 ta’ Settembru 2009 — Akzo Nobel et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-175/05) (1)
(“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-aċidu monokloroaċetiku - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Rikors għal annullament - Ammissibbiltà - Tqassim tas-suq u ffissar ta’ prezzijiet - Attribuzzjoni ta’ aġir illegali - Multi - Obbligu ta’ motivazzjoni - Gravità u tul tal-ksur - Effett dissważiv”)
2009/C 282/67
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Akzo Nobel NV (Arnhem, il-Pajjiżi l-Baxxi); Akzo Nobel Nederland BV (Arnhem); Akzo Nobel AB (Stokkolma, l-Isvezja); Akzo Nobel Chemicals BV (Amersfoort, il-Pajjiżi l-Baxxi); Akzo Nobel Functional Chemicals BV (Amersfoort); Akzo Nobel Base Chemicals AB (Skoghall, l-Isvezja); u Eka Chemicals AB (Bohus, l-Isvezja) (rappreżentanti: inizjalment C. Swaak u A. Käyhkö, sussegwentement C. Swaak u M. van der Woude, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: inizjalment P. Hellström u F. Amato, sussegwentement A. Bouquet u X. Lewis, aġenti)
Suġġett
Prinċipalment, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni C(2004) 4876 finali tal-Kummissjoni, tad-19 ta’ Jannar 2005, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/E-1/37.773 — AMCA) u, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Akzo Nobel NV, Akzo Nobel Nederland BV, Akzo Nobel AB, Akzo Nobel Chemicals BV, Akzo Nobel Functional Chemicals BV, Akzo Nobel Base Chemicals AB u Eka Chemicals AB huma kkundannati għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 171, 9.7.2005.
Full & Egal Universal Law Academy