29.3.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 79/27
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-14 ta' Frar 2008 — Usinor vs L-UASI — Corus UK (GALVALLOY)
(Kawża T-189/05) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Proċedura ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali GALVALLOY - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti GALVALLIA - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94’)
(2008/C 79/52)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Usinor SA (Puteaux, Franża) (rappreżentanti: P. de Candé u J. Blanchard, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)
Partijiet oħra fil-kawża quddiem il-Bord ta' l-Appell ta' l-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: Corus UK Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: S. Malynicz, barrister)
Suġġett
Rikors imressaq kontra d-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-UASI ta' l-10 ta' Frar 2005 (Każ R 411/2004-1) dwar proċedura ta' oppożizzjoni bejn Unisor SA u Corus UK Ltd.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (L-UASI) ta' l-10 ta' Frar 2005 (Każ R 411/2004-1) hija annullata.
2)
L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu, kif ukoll dawk ta' Unisor SA.
3)
Corus UK Ltd għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 182, 23.7.2005.
Full & Egal Universal Law Academy