10.1.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 6/21
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Novembru 2008 — Nalocebar vs UASI — Limiñana y Botella (Limoncello di Capri)
(Kawża T-210/05) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Limoncello di Capri - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti LIMONCHELO - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)
(2009/C 6/41)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Nalocebar — Consultores e Serviços, Lda (São Pedro, il-Portugall) (rappreżentanti: G. Pasquarella u R. Pasquarella, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment M. Capostagno, u sussegwentement O. Montalto, aġenti)
Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Limiñana y Botella, SL (Monforte del Cid, Spanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-18 ta' Marzu 2005 (Każ R 646/2004-1) dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Limiñana y Botella, SL u Nalocebar — Consultores e Serviços, Lda.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Nalocebar — Consultores e Serviços, Lda hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 182, 23.7.2005.
Full & Egal Universal Law Academy