8.11.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 285/34
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-24 ta' Settembru 2008 — HUP Uslugi Polska vs UASI — Manpower (I.T.@MANPOWER)
(Kawża T-248/05) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità - Trade mark Komunitarja verbali I.T.@MANPOWER - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru distintiv - Nuqqas ta' karattru deskrittiv - Nuqqas ta' sinjali jew ta' indikazzjonijiet li jkunu saru użanza - Nuqqas ta' sinjal ta' natura li jqarraq il-pubbliku - Artikolu 7(1)(b) sa (d) u (g), u Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)
(2008/C 285/61)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: HUP Uslugi Polska sp. z o.o. li qabel kienet HP Temporärpersonalgesellschaft mbH (Czeladz, il-Polonja) (rappreżentant: M. Ciresa, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)
Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: Manpower Inc. (Milwaukee, Wisconsin, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: R. Moscona, V. Marsland, solicitors, u A. Bryson, barrister)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI tal-5 ta' April 2005 (Każ R 124/2004-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità bejn MP Temporärpersonal GmbH u Manpower Inc.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
HUP Uslugi Polska sp. z o.o. hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 217, 3.9.2005.
Full & Egal Universal Law Academy