15.8.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 193/16
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-1 ta’ Lulju 2009 — Spanja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-259/05) (1)
(“FAEGG - Taqsima ‘Garanzija’ - Infiq eskluż mill-finanzjament Komunitarju - Kittien tal-fibra - Qanneb - Banana - Rapport tal-OLAF - Rapport tal-Qorti tal-Awdituri - Laqgħa bilaterali msemmija fl-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 1663/95 - Ksur tal-forom proċedurali sostanzjali - Prattika abbużiva - Eżistenza ta’ dannu finanzjarju għall-FAEGG”)
2009/C 193/21
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: M. Muñoz Pérez, abogado del Estado)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: T. van Rijn, L. Parpala u F. Jimeno Fernández, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/354/KE, tad-29 ta' April 2005, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċertu nfiq magħmul mill-Istati Membri taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta' Gwida u Garanzija (FAEGG), Taqsima “Garanzija” (ĠU L 112, p.14).
Dispożittiv
1)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/354/KE, tad-29 ta' April 2005, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċertu nfiq magħmul mill-Istati Membri taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta' Gwida u Garanzija (FAEGG), Taqsima “Garanzija”, hija annullata sa fejn hija teskludi mill-finanzjament Komunitarju l-infiq magħmul mir-Renju ta’ Spanja taħt l-għajnuna mogħtija għall-produzzjoni tal-qanneb fis-snin ta’ kummerċjalizzazzjoni 1996/1997 sa 1999/2000.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.
(1) ĠU C 217, 3.09.2005.
Full & Egal Universal Law Academy