16.5.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 113/30
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-18 ta’ Marzu 2009 — Shanghai Excell M&E Enterprise et Shanghai Adeptech Precision vs Il-Kunsill
(Kawża T-299/05) (1)
(“Dumping - Importazzjonijet ta’ ċerti mwieżen elettroniċi li joriġinaw miċ-Ċina - Status ta’ impriża li topera f’ekonomija tas-suq - Artikolu 2(7)(a) u (ċ), Artikolu 2(10), u Artikolu 11(9) tar-Regolament (KE) Nru 384/96”)
2009/C 113/61
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Shanghai Excell M&E Enterprise et Shanghai Adeptech Precision (Shanghai, iċ-Ċina); u Shanghai Adeptech Precision Co. Ltd (Huaxin Town, Chine) (rappreżentanti: R. MacLean, solicitor, u E. Gybels, avukat)
Konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Hix, agent, assistit minn G. Berrisch, avukat)
Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: inizjalment K. Talabér-Ritz u E. Righini, wara H. van Vliet u K. Talabér-Ritz, agenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tal-Artikoli 1 u 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 692/2005 tat-28 ta’ April 2005 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2605/2000 illi jimponi dazji ta’ kontra d-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti mwieżen elettroniċi (REWS) illi joriġinaw [,fost l-oħrajn,] fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, […] (ĠU L 112, p. 1)
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Shanghai Excell M&E Enterprise Co. Ltd u Shanghai Adeptech Precision Co. Ltd huma kkundanati għall-ispejjeż tagħhom stess, kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill.
3)
Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.
(1) ĠU C 257, 15.10.2005
Full & Egal Universal Law Academy