26.4.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 107/24
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-11 ta' Marzu 2008 — Guigard vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
(Kawża T-301/05) (1)
(“Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Nuqqas ta' tiġdid ta' kuntratt ta' xogħol iffinanzjat mill-EDF - Nuqqas ta' aġir illegali tal-Kummissjoni - Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Prim'Istanza’)
(2008/C 107/39)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Philippe Guigard (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: l-ewwel S. Rodrigues u A. Jaume, u wara S. Rodrigues u C. Bernard-Glanz, avocats)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: l-ewwel D. Martin u K. Herrmann, u wara F. Dintilhac u G. Boudot, aġenti)
Suġġett
Rikors għal ħlas ta' kumpens intiż sabiex jiġi kkumpensat id-dannu allegatament subit mir-rikorrent minħabba l-allegat aġir ħażin tal-Kummissjoni matul in-nuqqas ta' tiġdid tal-kuntratt ta' xogħol tiegħu konkluż fil-kuntest tal-kooperazzjoni teknika bejn il-Komunità u l-Gvern tan-Niġer iffinanzjata mill-Fond Ewropew ta' l-Iżvilupp (EDF)
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
P. Guigard huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 271, 29.10.2005.
Full & Egal Universal Law Academy