24.10.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 256/21
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-8 ta’ Settembru 2009 — AceaElectrabel vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-303/05) (1)
(“Għajnuna mill-Istat - Settur tal-enerġija - Għajnuna għall-investiment għall-bini ta’ netwerk ta’ tisħin urban - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq komuni - Obbligu għall-impriża benefiċjarja li l-ewwel tirrimborsa għajnuna preċedenti ddikjarata illegali u inkompatibbli - Kunċett ta’ unità ekonomika”)
2009/C 256/37
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: AceaElectrabel Produzione SpA (rappreżentanti: L. Radicati di Brozolo, M. Merola, C. Bazoli u F. D’Alessandri, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: V. Di Bucci u E. Righini, aġenti)
Parti intervenjenti insostenn tal-parti rikorrenti: Electrabel (rappreżentanti: L. Radicati di Brozolo, M. Merola u C. Bazoli, avukati)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/598/KE tas-16 ta’ Marzu 2005 dwar l-għajnuna mill-Istat li l-Italja — ir-reġjun tal-Lazio — beħsiebha timplementa favur it-tnaqqis tal-emmissjonijiet ta’ gassijiet b’effett serra (ĠU 2006, L 244, p.8).
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
AceaElectrabel Produzione SpA hija kkundannata għall-ispejjeż, bl-eċċezzjoni ta’ dawk imsemmija fil-punt 3 hawn taħt.
(3)
Electrabel għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni minħabba l-intervent tagħha.
(1) ĠU C 257, 15.10.2005.
Full & Egal Universal Law Academy