23.10.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 288/29
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Settembru 2010 — Il-Kummissjoni vs Alexiadou
(Kawża T-312/05) (1)
(Klawżola ta’ arbitraġġ - Kuntratt li jikkonċerna proġett għal żvilupp ta’ teknoloġija għall-produzzjoni ta’ ġlud impermeabbli - Nuqqas ta’ eżekuzzjoni ta’ kuntratt - Rimbors tal-ammonti mħallsa - Interessi moratorji - Rinviju lill-Qorti Ġenerali wara annullament - Proċedura fil-kontumaċja)
2010/C 288/54
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: D. Triantafyllou, aġent)
Konvenuta: Efrosyni Alexiadou (Thessaloniki, il-Greċja) (rappreżentant: C. Matellas, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat mill-Kummissjoni taħt l-Artikolu 238 KE intiż li jikseb ir-rimbors tal-ammont ta’ EUR 23 036,31 mħallsa minn din tal-aħħar lill-konvenuta fil-kuntest ta’ kuntratt li jikkonċerna proġett għal żvilupp ta’ teknoloġija maħsuba għall-produzzjoni ta’ ġlud impermeabbli (Kuntratt G1ST-CT-2002-50227), flimkien mal-interessi moratorji.
Dispożittiv
(1)
Efrosyni Alexiadou hija kkundannata tirrimborsa lill-Kummissjoni Ewropea l-ammont ta’ EUR 23 036,31, flimkien mal-interessi moratorji:
—
bir-rata ta’ 5,25 % fis-sena, li tibda tgħodd mill-1 ta’ Marzu 2003 sal-31 ta’ Awwissu 2005;
—
bir-rata legali annwali applikabbli skont il-liġi Belġjana, b’rata ta’ mhux iktar minn 5,25 % fis-sena, li tibda tgħodd mill-1 ta’ Settembru 2005 sa meta d-dejn jitħallas kollu
(2)
Efrosyni Alexiadou hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 271, 29.10.2005
Full & Egal Universal Law Academy