21.11.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 282/37
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-2 ta’ Ottubru 2009 — L-Estonja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-324/05) (1)
(“Agrikoltura - Organizzazzjoni komuni tas-swieq - Miżuri tranżitorji li għandhom jiġu adottati minħabba l-adeżjoni ta’ Stati Membri ġodda - Regolament (KE) Nru 832/2005, li jistabbilixxi miżuri tranżitorji fis-settur taz-zokkor - Rikors għal annullament - Kolleġġjalità - Kunċett ta’ “ħażna” - Ċirkustanzi li fihom il-ħażniet ġew ikkostitwiti - Motivazzjoni - Amministrazzjoni tajba - Bona fide - Nondiskriminazzjoni - Dritt ta’ proprjetà - Proporzjonalità”)
2009/C 282/69
Lingwa tal-kawża: L-Estonjan
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Estonja (rappreżentant: L. Uibo, aġent)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: inizjalment L. Visaggio u E. Randvere, sussegwentement T. van Rijn, H. Tserepa-Lacombe u E. Randvere, aġenti)
Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Latvja (rappreżentanti: inizjalment E. Balode-Buraka, L. Ostrovska u K. Drēviņa, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 832/2005, tal-31 ta’ Mejju 2005, dwar id-determinazzjoni tal-kwantitajiet żejda ta’ zokkor, isoglukożju u fruttożju għar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja (ĠU L 138 p. 3).
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Ir-Repubblika tal-Estonja hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej.
(3)
Ir-Repubblika tal-Latvja għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 271, 29.10.2005.
Full & Egal Universal Law Academy