15.8.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 209/46
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-1 ta' Lulju 2008 — Apple Computer vs UASI — TKS-Teknosoft (QUARTZ)
(Kawża T-328/05) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali QUARTZ - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti QUARTZ - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Xebh bejn prodotti - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94)
(2008/C 209/79)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Apple Computer, Inc. (Cupertino, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: P. Rawlinson, S. Jones, J. Rutter u T.M. D'Souza Culora, solicitors)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. García Murillo, aġent)
Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord ta' l-Appell ta' l-UASI intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: TKS-Teknosoft SA (Trelex, l-Iżvizzera) (rappreżentanti: C. Moreau, T. van Innis u K. Manhaeve, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord ta' l-Appell ta' l-UASI tas-27 ta' April 2005 (Każ R 416/2004-4) dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn TKS-Teknosoft SA u Apple Computer, Inc.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Apple Computer, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 281, 18.11.2005.
Full & Egal Universal Law Academy