9.6.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 165/16
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ April 2012 — Movimondo Onlus vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-329/05) (1)
(Klawżola ta’ arbitraġġ - Ftehim qafas ta’ sħubija bejn l-ECHO u organizzazzjonijiet bi skop umanitarju - Ftehim ta’ sussidju - Sospensjoni tal-ħlas)
2012/C 165/25
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Movimondo Onlus — Organizzazione non governativa di cooperazione e solidarietà internazionale (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: inizjalment P. Vitali, G. Verusio, G. M. Roberti u A. Franchi, sussegwentement P. Vitali, G. Verusio u A. Franchi, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Wilderspin u F. Moro, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)
Suġġett
Prinċipalment, rikors ippreżentat abbażi tal-Artikolu 238 KE sabiex jinkiseb il-ħlas tal-ammonti dovuti skont ftehim ta’ sussidju u, sussidjarjament, rikors għall-annullament ta’ żewġ ittri tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Ġunju u tas-27 ta’ Lulju 2005.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Movimondo Onlus — Organizzazione non governativa di cooperazione e solidarietà internazionale hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 257, 15.10.2005.
Full & Egal Universal Law Academy