7.11.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 267/53
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-23 ta’ Settembru 2009 — Spanja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-341/05) (1)
(“Agrikoltura - Organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib - Tneħħija ta’ rifużjonijiet għall-esportazzjoni tal-prodotti kollha tal-ħalib għal Ceuta u għal Melilla - Kundizzjonijiet - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni - Proporzjonalità”)
2009/C 267/89
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: J. Cárcamo u M. Muñoz Pérez, abogados del Estado)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: C. Cattabriga u F. Jimeno Fernández, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 909/2005, tas-16 ta’ Ġunju 2005, li jistabbilixxi r-rifużjonijiet għall-esportazzjoni fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (ĠU L 154, p. 10), sa fejn l-Anness tiegħu jinkludi lil Ceuta u lil Melilla fost id-destinazzjonijiet miġbura taħt il-kodiċi ta’ destinazzjonijiet L 01.
Dispożittiv
1)
L-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 909/2005, tas-16 ta’ Ġunju 2005, li jistabbilixxi r-rifużjonijiet għall-esportazzjoni fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib, huwa annullat sa fejn jinkludi lil Ceuta u lil Melilla fost id-destinazzjonijiet miġbura taħt il-kodiċi ta’ destinazzjonijiet L 01.
2)
Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 271, 29.10.2005.
Full & Egal Universal Law Academy