22.10.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 311/31
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2011 — Il-Greċja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-344/05) (1)
(FAEGG - Taqsima ‘Garanzija’ - Spejjeż esklużi mill-finanzjament Komunitarju - Laħam taċ-ċanga u tal-vitella - Ħlas għall-estensifikazzjoni - Uċuħ tar-raba’ li jinħartu - Frott u ħxejjex - Għajnuna għat-trasformazzjoni ta’ ċertu frott taċ-ċitru - Kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ korrezzjoni finanzjarja ta’ somma f’daqqa ta’ 100 % - Proporzjonalità)
2011/C 311/52
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: I. Chalkias u E. Svolopoulou, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Tserepa-Lacombe u L. Visaggio, aġenti, assistiti minn N. Korogiannakis, avukat)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/555/KE, tal-15 ta’ Lulju 2005, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri taħt it-Taqsima ta’ Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG) (ĠU L 188, p. 36), sa fejn hija teskludi ċerti spejjeż li saru mir-Repubblika Ellenika fis-setturi tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella, tal-uċuħ tar-raba’ li jinħartu, u tal-frott u l-ħxejjex.
Dispożittiv
(1)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/555/KE, tal-15 ta’ Lulju 2005, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri taħt it-Taqsima ta’ Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), hija annullata, sa fejn din teskludi mill-finanzjament Komunitarju l-ispejjeż li saru mir-Repubblika Ellenika għall-ħlas tal-estensifikazzjoni li sar għas-snin 2000 u 2001.
(2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
(3)
Ir-Repubblika Ellenika għandha tbati żewġ terzi tal-ispejjeż tagħha u żewġ terzi tal-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea.
(4)
Il-Kummissjoni għandha tbati terz tal-ispejjeż tagħha u terz tal-ispejjeż tar-Repubblika Ellenika.
(1) ĠU C 281, 12.11.2005.
Full & Egal Universal Law Academy