29.8.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 205/31
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tad-9 ta’ Lulju 2009 — JSC Kirovo-Chepetsky Khimichesky Kombinat vs Il-Kunsill
(Kawża T-348/05 INTP)
(Proċedura - Interpretazzjoni ta’ sentenza)
2009/C 205/54
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: JSC Kirovo-Chepetsky Khimichesky Kombinat (Kirovo-Chepetsk, ir-Russja) (rappreżentant: B. Evtimov, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Hix, aġent, assistit minn G. Berrisch, avukat)
Parti intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: K. Talabér-Ritz u H. van Vliet, aġenti)
Suġġett
Talba għall-interpretazzjoni tas-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-10 ta’ Settembru 2008 (T-348/05).
Dispożittiv
1)
Il-punt 1 tad-dispożittiv tas-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-10 ta’ Settembru 2008, JSC Kirovo-Chepetsky Khimichesky Kombinat vs Il-Kunsill (T-348/05) għandu jiġi interpretat fis-sens li r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 945/2005, tal-21 ta’ Ġunju 2005, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 658/2002 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjoni tan-nitrat tal-ammonju li joriġina mir-Russja u r-Regolament (KE) Nru 132/2001 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjoni tan-nitrat tal-ammonju li joriġina, inter alia, mill-Ukraina, wara r-reviżjoni interim parzjali skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 384/96, huwa annullat sa fejn jikkonċerna lil JSC Kirovo-Chepetsky Khimichesky Kombinat.
2)
JSC Kirovo-Chepetsky Khimichesky Kombinat, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.
3)
L-oriġinal ta’ din is-sentenza għandu jiġi anness mal-oriġinal tas-sentenza li ġiet interpretata, u fil-marġni tagħha għandha ssir referenza għas-sentenza preżenti.
Full & Egal Universal Law Academy