24.10.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 256/22
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-4 ta’ Settembru 2009 — L-Awstrija vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-368/05) (1)
(“FAEGG - Taqsima tal-‘Garanzija’ - Spejjeż esklużi mill-finanzjament Komunitarju - Primjum għall-baqar - Primjum għall-baqar li jreddgħu - Pagament għall-estensifikazzjoni - Kontrolli importanti - Obbligu li tintuża sistema kompjuterizzata ta’ informazzjoni ġeografika - Kontroll tas-superfiċji muntanjużi fejn jirgħu l-annimali - Obbligu ta’ kooperazzjoni - Obbligu ta’ motivazzjoni - Tip ta’ korrezzjoni finanzjarja applikata - Estrapolazzjoni tal-konstatazzjonijiet ta’ nuqqasijiet”)
2009/C 256/38
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Awstrija (rappreżentanti: inizjalment H. Dossi, sussegwentement H. Dossi u C. Pesendorfer, u fl-aħħar C. Pesendorfer u A. Hable, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: F. Erlbacher, aġent)
Suġġett
L-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/555/KE, tal-15 ta’ Lulju 2005, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċerti spejjeż magħmula mill-Istati Membri taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (FAEGG), Taqsima tal-“Garanzija” (ĠU L 188, p. 36), sa fejn din teskludi ċerti spejjeż li saru mir-Repubblika tal-Awstrija.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Ir-Repubblika tal-Awstrija hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 296, 26.11.2005.
Full & Egal Universal Law Academy