1.8.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 180/43
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tad-19 ta’ Ġunju 2009 — Spanja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-369/05) (1)
(“FAEGG - Taqsima ‘Garanzija’ - Infiq eskluż mill-finanzjament Komunitarju - Għajnuna għar-ristrutturazzjoni u għall-konverżjoni fis-settur tal-inbid - Għajnuna għat-titjib tal-produzzjoni u tal-kummerċjalizzazzjoni tal-għasel - Kunċett ta’ telf ta’ dħul sostnut fil-kuntest tal-implementazzjoni tal-pjan - Artikolu 13(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 - Kunċett ta’ intervent maħsub biex jistabbilizza s-swieq agrikoli - Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1258/1999”)
2009/C 180/78
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: F. Díez Moreno, abogado del Estado)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: F. Jimeno Fernández, aġent)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/555/KE, tal-15 ta’ Lulju 2005, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċertu nfiq magħmul mill-Istati Membri taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (FAEGG), Taqsima “Garanzija”, sa fejn hija teskludi ċertu nfiq magħmul mir-Renju ta’ Spanja fis-setturi tal-inbid u tal-għasel.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud
2)
Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 296, 26.11.2005.
Full & Egal Universal Law Academy