25.10.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 272/18
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-10 ta' Settembru 2008 — Franza vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-370/05) (1)
(“FAEGG - Taqsima ‘Garanzija’ - Infiq eskluż mill-finanzjament Komunitarju - Settur tal-inbid - Għajnuna għar-ristrutturazzjoni u għall-konverżjoni - Kunċett ta' superfiċji eliġibbli’)
(2008/C 272/32)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: inizjalment G. de Bergues u A. Colomb, u sussegwentement G. de Bergues u A.-L. During, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: M. Nolin, aġent)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/579/KE, tal-20 ta' Lulju 2005, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċertu nfiq magħmul mill-Istati Membri taħt it-Taqsima Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew ta' Gwida u Garanzija (FAEGG) (ĠU L 199, p. 84), safejn hija teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċertu nfiq bħala korrezzjoni li tirrigwarda d-determinazzjoni tas-superfiċji eliġibbli għall-għajnuna għar-ristrutturazzjoni u għall-konverżjoni tal-oqsma tad-dwieli għas-sena 2001/2003.
Dispożittiv
1)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/579/KE, tal-20 ta' Lulju 2005, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċertu nfiq magħmul mill-Istati Membri taħt it-Taqsima Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew ta' Gwida u Garanzija (FAEGG) hija annullata safejn hija teskludi mill-finanzjament Komunitarju s-somma ta' EUR 13 519 122,05, bħala korrezzjoni imposta fuq ir-Repubblika Franċiża li tirrigwarda d-determinazzjoni tas-superfiċji eliġibbli għall-għajnuna għar-ristrutturazzjoni u għall-konverżjoni tal-oqsma tad-dwieli għas-sena 2001/2003.
2)
Il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 315, 10.12.2005.
Full & Egal Universal Law Academy