29.8.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 205/31
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-10 ta’ Lulju 2009 — L-Italja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-375/05) (1)
(“FAEGG - Taqsima ‘Garanzija’ - Infiq eskluż mill-finanzjament Komunitarju - Tabakk mhux ipproċessat - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 7(4) tar-Regolament (KE) Nru 1258/1999”)
2009/C 205/55
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentant: G. Carraro, avvocato dello Stato)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: C. Cattabriga u L. Visaggio, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/579/KE, tal-20 ta’ Lulju 2005, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċertu nfiq magħmul mill-Istati Membri taħt it-Taqsima Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (FAEGG) (ĠU L 199, p. 84), sa fejn din teskludi ċertu nfiq magħmul mir-Repubblika Taljana fis-settur tat-tabakk mhux ipproċessat.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 296, 26.11.2005.
Full & Egal Universal Law Academy