25.10.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 272/18
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-9 ta' Settembru 2008 — MyTravel vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-403/05) (1)
(“Aċċess għad-dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Rifjut ta' aċċess - Eċċezzjoni dwar il-ħarsien tal-proċess deċiżjonali - Eċċezzjoni dwar il-ħarsien ta' attivitajiet ta' investigazzjoni u verifika - Eċċezzjoni dwar il-ħarsien tal-pariri legali - Dokumenti dwar id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni fuq il-konċentrazzjoni’)
(2008/C 272/33)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: MyTravel Group plc (Rochdale, Lancashire, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: D. Pannick, QC, A. Lewis, barrister, M. Nicholson, S. Cardell u B. McKenna, solicitors)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: inizjalment minn P. Hellström u P. Costa de Oliveira, u wara minn X. Lewis u P. Costa de Oliveira, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni tal-5 ta' Settembru [D(2005)8461] u tat-12 ta' Ottubru 2005 [D(2005) 9763] li jiċħdu talba mressqa mir-rikorrenti sabiex tikseb aċċess għal ċerti dokumenti preparatorji tad-Deċiżjoni 2000/276/KE tal-Kummissjoni, tat-22 ta' Settembru 1999, li tiddikjara konċentrazzjoni inkompatibbli mas-suq komuni u mal-Ftehim ŻEE (Kawża IV/M.1524 — Airtours vs First Choice) (ĠU 2000, L 93, p. 1), kif ukoll għal dokumenti mfassla mis-servizzi tal-Kummissjoni wara l-annullament ta' din id-deċiżjoni permezz tas-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-6 ta' Ġunju 2002, Airtours vs Il-Kummissjoni (T-342/99, Ġabra p. II-2585),
Dispożittiv
1)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta' Settembru 2005 [D(2005) 8461] hija annullata safejn aċċess għad-dokument ta' ħidma intitolat “Verbal tal-konversazzjoni ma' membru tal-grupp tal-kawża fil-kawża M.1524, Airtours vs First Choice fuq il-kawża Airtours li saret fl-24 ta' Ġunju 2002” ġie rrifjutat.
2)
Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija.
3)
MyTravel Group plc għandha tbati disa' partijiet minn għaxra ta' l-ispejjeż tagħha kif ukoll disa' partijiet minn għaxra tal-ispejjeż tal-Kummissjoni.
4)
Il-Kummissjoni għandha tbati parti minn għaxra tal-ispejjeż tagħha kif ukoll parti minn għaxra ta' l-ispejjeż ta' MyTravel Group.
(1) ĠU C 10, 14.1.2006.
Full & Egal Universal Law Academy