10.1.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 6/21
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-19 ta' Novembru 2008 — Il-Greċja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-404/05) (1)
(Fond ta' Koeżjoni - Ajruport internazzjonali ta' Ateni - Tnaqqis ta' għajnuna finanzjarja - Prinċipju ta' proporzjonalità)
(2009/C 6/42)
Lingwa tal-kawża: Il-Grieg
Partijiet
Rikorrent: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: M. Tassopoulou, aġent, assistit minn N. Korogiannakis u N. Keramidas, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: D. Triantafyllou u A. Weimar, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2005) 3243 finali tal-1 ta' Settembru 2005, li tnaqqas l-għajnuna mogħtija mill-Fond ta' Koeżjoni għall-proġett Nru 95/09/65/040 (ajruport internazzjonali ta' Ateni ġdid fi Spata) bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(96) 1356 finali tal-24 ta' Mejju 1996.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 22, 28.1.2006.
Full & Egal Universal Law Academy