6.12.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 313/28
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-15 ta' Ottubru 2008 — Powerserv Personalservice vs UASI — Manpower (MANPOWER)
(Kawża T-405/05) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' invalidità - Trade mark Komunitarja verbali MANPOWER - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Emenda parzjali - Karattru distintiv miksub permezz tal-użu - Artikolu 7(1)(ċ), Artikolu 51(1) u (2), u Artikolu 63(3) tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)
(2008/C 313/49)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Powerserv Personalservice GmbH, li qabel kienet Manpower Personalservice GmbH (Sankt Pölten, l-Awstrija) (rappreżentant: B. Kuchar, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)
Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: Manpower, Inc. (Milwaukee, Wisconsin, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: l-ewwel R. Moscona, solicitor, wara R. Moscona u A. Bryson, barrister, u fl-ahhar nett A. Bryson u V. Marsland, solicitor)
Suġġett
Rikors għal annullament ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI tat-22 ta' Lulju 2005 (Każ R 499/2004–4), dwar dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja MANPOWER Nru 76059.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI tat-22 ta' Lulju 2005 (Każ R 499/2004-4), dwar dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja MANPOWER Nru 76059, hija emendata fis-sens li din it-trade mark mhijiex deskrittiva tal-prodotti u tas-servizzi li għalihom hija kienet ġiet irreġistrata fl-Olanda, fl-Iżvezja, fil-Finlandja u fid-Danimarka. Id-dispożittiv ta' din id-deċiżjoni huwa miżmum.
2)
It-talba ta' Manpower Inc., intiża għall-emenda tad-deċiżjoni msemmija iktar 'il fuq tal-Bord tal-Appell hija miċħuda għall-bqija.
3)
Ir-rikors huwa miċħud.
4)
Powerserv Personalservice GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 22, 28.1.2006.
Full & Egal Universal Law Academy