8.11.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 285/35
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-24 ta' Settembru 2008 — M vs L-Ombudsman
(Kawża T-412/05) (1)
(“Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Arkivjar, mill-Kummissjoni, ta' lment li jikkontesta aġir ta' Stat Membru - Deċiżjoni tal-Ombudsman Ewropew dwar it-trattament ta' l-ilment - Żbalji mwettqa mill-Kummissjoni fil-konstatazzjoni ta' każijiet ta' amministrazzjoni ħażina - Indikazzjoni tal-isem tar-rikorrent - Ksur tad-dritt għar-rispett tal-ħajja privata, tal-prinċipji ta' proporzjonalità u tal-kontradittorju - Dannu morali - Rabta kawżali’)
(2008/C 285/62)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: M (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment G. Vandersnaden u A. Kalogeropoulos, u wara A. Kalogeropoulos u L. Levi, avukati)
Konvenut: L-Ombudsman Ewropew (rappreżentant: J. Sant'Anna u G. Grill, aġenti)
Suġġett
Rikors, skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 KE, għall-kumpens tad-dannu subit mir-rikorrent minħabba li dan issemma b'ismu fid-Deċiżjoni tal-Ombudsman Ewropew 1288/99/OV tat-18 ta' Lulju 2002 dwar l-ilment li jġib ir-referenza 1288/99/OV u minħabba negliġenzi li twettqu mill-Ombudsman fl-investigazzjoni ta' dan l-ilment u fil-konklużjonijiet li wasal għalihom f'din id-deċiżjoni.
Dispożittiv
1)
L-Ombudsman Ewropew huwa kkundannat iħallas lil M. kumpens ta' EUR 10 000.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 48, 25.2.2006.
Full & Egal Universal Law Academy