4.7.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 153/34
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tas-7 ta’ Mejju 2009 — NHL Enterprises vs UASI — Glory & Pompea (LA KINGS)
(Kawża T-414/05) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat- trade mark Komunitarja figurattiva LA KINGS - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti KING - Raġuni relattiva għal rifjut - Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”)
2009/C 153/64
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: NHL Enterprises (Rijswijk, l-Olanda) (rappreżentanti: G. Llewelyn, solicitor, V. Barresi, avukat, sussegwentement M. Collins, solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: J. Novais Gonçalves u D. Botis, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza: Glory & Pompea, SA (Mataró, Spanja)
Suġġett
Rikors mid-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tas-6 ta’ Lulju 2005 (Każ R 371/2003-4) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Glory & Pompea, SA u NHL Enterprise BV.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade mark u Disinni) (UASI) tas-6 ta’ Lulju 2005 (Każ R 371/2003-4) hija annullata.
2)
L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn NHL Enterprises BV.
(1) ĠU C 36, 11.2.2006
Full & Egal Universal Law Academy