21.11.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 282/38
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tas-7 ta’ Ottubru 2009 — Vischim vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-420/05) (1)
(“Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti - Sustanza attiva chlorothalonil - Inklużjoni fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE - Proċedura ta’ evalwazzjoni - Direttiva 2005/53/KE - Rikors għal annullament - Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni - Rikors għad-danni”)
2009/C 282/70
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Vischim Srl (Cesano Maderno, l-Italja) (rappreżentanti: C. Mereu u K. Van Maldegem, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: B. Doherty u L. Parpala, aġenti)
Suġġett
Talba għal annullament, fir-rigward tal-inklużjoni tas-sustanza attiva chlorothalonil, tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/53/KE, tas-16 ta’ Settembru 2005, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE sabiex tinkludi l-chlorothalonil, il-chlorotoluron, is-cypermethrin, id-daminozide u t-thiophanate-methyl bħala sustanzi attivi (ĠU L 241, p. 51), talba għall-annullament tar-rapport ta’ reviżjoni tal-chlorothalonil (dokument SANCO/4343/2000 finali tal-14 ta’ Frar 2005), talba sabiex jiġi kkonstatat nuqqas li tittieħed azzjoni u talba għad-danni.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Vischim Srl hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.
(1) ĠU C 36, 11.2.2006.
Full & Egal Universal Law Academy