17.4.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 100/36
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Marzu 2010 — Artegodan vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-429/05) (1)
(“Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem - Deċiżjoni li timponi l-irtirar ta’ awtorizzazzjonijiet għal tqegħid fis-suq - Annullament tad-deċiżjoni permezz ta’ sentenza tal-Qorti Ġenerali - Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi”)
2010/C 100/55
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Artegodan GmbH (Lüchow, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment U. Doepner, sussegwentement A. Lensing-Kramer, u finalment U. Reese u A. Sandrock, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Stromsky u M. Heller, aġenti)
Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: M. Lumma u U. Forsthoff, aġenti)
Suġġett
Rikors għad-danni taħt l-Artikoli 235 KE u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 KE, intiż għall-ħlas tad-dannu allegatament subit mir-rikorrenti minħabba l-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2000) 453, tad-9 ta’ Marzu 2000, dwar l-irtirar tal-awtorizzazzjonijiet għal tqegħid fis-suq ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem li fihom is-sustanza “Amfepramone”.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Artegodan GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
(3)
Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 48, 25.02.2006.
Full & Egal Universal Law Academy