3.7.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 179/32
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Mejju 2010 — EMC Development vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-432/05) (1)
(“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Ewropew tas-siment - Deċiżjoni ta’ ċaħda ta’ lment - Standard armonizzat għas-siment - Natura vinkolanti - Linji gwida dwar l-applikabbiltà tal-Artikolu 81 KE għal ftehim ta’ kooperazzjoni orizzontali”)
2010/C 179/53
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: EMC Development AB (Luleå, l-Isvezja) (rappreżentanti: M. Elvinger u W.-N. Schelp, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment É. Gippini Fournier u B. Doherty, sussegwentement É. Gippini Fournier u J. Bourke, aġenti)
Suġġett
Rikors intiż li jannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni SG-Greffe (2005) D/205249, tat-28 ta’ Novembru 2005, li ċaħdet l-ilment tar-rikorrenti kontra l-produtturi Ewropej tas-siment Portland, tal-Assoċjazzjoni Ewropea tas-Siment (Cembureau) u tal-Kumitat Ewropew ta’ Standardizzazzjoni (CEN) dwar is-suq Ewropew tas-siment.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
EMC Development AB għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 36, 11.02.2006.
Full & Egal Universal Law Academy