15.8.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 193/16
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-30 ta’ Ġunju 2009 — Danjaq vs UASI — Mission Productions (Dr. No)
(Kawża T-435/05) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Dr. No - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade marks verbali mhux irreġistrati u tas-sinjali Dr. No u Dr. NO - Kundizzjoni għal trade marks preċedenti mhux sodisfatta - Nuqqas ta’ sinjal distintiv użat fil-kummerċ - Artikolu 8(1)(a) u (b), (2)(ċ) u (4) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(a) u (b), 2(ċ) u (4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 73 tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 75 tar-Regolament(KE) Nru 207/2009)”)
2009/C 193/22
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Danjaq, LLC (Santa Monica, Kalifornja, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: G. Hobbs, QC, G. Hollingworth, barrister, S. Skrein u L. Berg, solicitors)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)
Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza: Mission Productions Gesellschaft für Film-, Fernseh- und Veranstaltungsproduktion mbH (Munich, il-Ġermanja) (rappreżentant: K. Lewinsky, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-21 ta’ Settembru 2005 (Każ R 1118/2004-1) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Danjaq, LLC u Mission Productions Gesellschaft für Film-, Fernseh- und Veranstaltungsproduktion mbH.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Danjaq, LLC hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 60, 11.3.2006
Full & Egal Universal Law Academy