24.10.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 256/22
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tad-9 ta’ Settembru 2009 — Brink’s Security Luxembourg vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-437/05) (1)
(“Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti Komunitarja - Sigurtà u sorveljanza ta’ bini tal-Kummissjoni fil-Lussemburgu - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent - Trattament ugwali - Aċċess għad-dokumenti - Protezzjoni legali effettiva - Obbligu ta’ motivazzjoni - Trasferiment ta’ impriża - Rikors għad-danni”)
2009/C 256/39
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Brink’s Security Luxembourg SA (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: C. Point u G. Dauphin, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: E. Manhaeve, M. Šimerdová u K. Mojzesowicz, aġenti, assistiti minn J. Stuyck, avukat)
Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: G4S Security Services SA, preċedentement Group 4 Falck — Société de surveillance et de securité SA (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: M. Molitor, P. Lopes Da Silva, N. Cambonie u N. Bogelmann, avukati)
Suġġett
Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Novembru 2005 li tiċħad l-offerta magħmula mir-rikorrenti fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għall-offerti 16/2005/OIL (sigurtà u sorveljanza tal-bini), tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Novembru 2005 li l-kuntratt jingħata lil offerent ieħor, ta’ allegata deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni li tiċħad li tirtira ż-żewġ deċiżjonijiet tagħha msemmija iktar ’il fuq, kif ukoll taż-żewġ ittri tal-Kummissjoni, tas-7 u tal-14 ta’ Diċembru 2005, li jirrispondu t-talbiet għal informazzjoni tar-rikorrenti u, min-naħa l-oħra, rikors għad-danni intiż sabiex jinkiseb kumpens għad-danni allegatament subiti mir-rikorrenti.
Dispożittiv
(1)
Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Diċembru 2005, li tiċħad it-talba għall-komunikazzjoni tal-kompożizzjoni tal-kumitat ta’ evalwazzjoni tas-sejħa għall-offerti 16/2005/OIL, hija annullata.
(2)
Il-kumplament tar-rikors għal annullament huwa miċħud.
(3)
Ir-rikors għad-danni huwa miċħud.
(4)
Brink’s Security Luxembourg SA għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, nofs l-ispejjeż tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej u ta’ G4S Security Services SA, inklużi dawk relatati mal-proċedura għal miżuri provviżorji.
(5)
Il-Kummissjoni għandha tbati nofs l-ispejjeż tagħha.
(6)
G4S Security Services għandha tbati nofs l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 48, 25.02.2006.
Full & Egal Universal Law Academy