5.6.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 148/24
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ April 2010 — Amann & Söhne u Cousin Filterie vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-446/05) (1)
(“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Ewropew tal-ħajt industrijali - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE - Kunċett ta’ ksur uniku - Definizzjoni tas-suq - Multi - Limitu tal-multa - Gravità u tul tal-ksur - Ċirkustanzi attenwanti - Kooperazzjoni - Proporzjonalità - Trattament ugwali - Drittijiet tad-difiża - Linji gwida dwar il-metodi tal-kalkoli tal-multi”)
2010/C 148/41
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Amann & Söhne GmbH & Co KG (Bönnigheim, il-Ġermanja), u Cousin Filterie SAS (Wervicq-Sud, Franza) (rappreżentanti: A. Röhling, M. Dietrich u C. Horstkotte, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre u K. Mojzesowicz, aġenti, assistiti minn G. Eickstädt, avukat)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005) 3452, tal-14 ta’ Settembru 2005, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38.337 PO/Ħajt), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2005) 3765, tat-13 ta’ Ottubru 2005, u, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti mill-imsemmija deċiżjoni.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Amann & Söhne GmbH & Co. KG u Cousin Filterie SAS huma kkundannati għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 60, 11.3.2006.
Full & Egal Universal Law Academy