5.6.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 148/24
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ April 2010 — Oxley Threads vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-448/05) (1)
(“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Ewropew tal-ħajt għall-industrija tal-karozzi - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE - Multi - Gravità tal-ksur - Ċirkustanzi attenwanti - Kooperazzjoni - Proporzjonalità - Trattament ugwali - Linji gwida dwar il-metodi tal-kalkoli tal-multi”)
2010/C 148/42
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Oxley Threads Ltd (Ashton-under-Lyne, Lancashire, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: G. Peretz, barrister, M. Rees u K. Vernon, solicitors)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: N. Khan u K. Mojzesowicz, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2005) 3452, tal-14 ta’ Settembru 2005, relatata ma’ proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38.337 — PO/Thread [Ħajt]), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2005) 3765, tat-13 ta’ Ottubru 2005, u, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti fl-imsemmija deċiżjoni.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud
(2)
Oxley Threads Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 48, 25.2.2006.
Full & Egal Universal Law Academy