21.2.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 44/42
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-18 ta' Diċembru 2008 — Componenta Oyj vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
(Kawża T-455/05) (1)
(“Għajnuna mill-Istat - Settur tal-produzzjoni tal-metall - Akkwist ta' kapital miżmum minn impriża f'kumpannija tal-immobbli u l-ħlas lura ta' self mogħti minn din l-impriża lill-kumpannija tal-immobbli bħala korrispettiv għal investiment ta' din l-impriża - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tagħha - Kriterju tal-investitur privat - Stima tal-azzjonijiet ta' kumpannija tal-immobbli - Stima tal-beni immobbli ta' kumpannija - Obbligu ta' motivazzjoni - Tqajjim ‘ex officio’)
(2009/C 44/71)
Lingwa tal-kawża: Il-Finlandiż
Partijiet
Rikorrenti: Componenta Oyj (Helsinki, Il-Finlandja) (rappreżentanti: M. Savola u A. Järvinen, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: C. Giolito u M. Huttunen, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/900/KE, tal-20 ta' Ottubru 2005, dwar l-għajnuna mill-Istat li r-Repubblika tal-Finlandja implementat bħala għajnuna għall-investiment favur l-impriża Componenta Oyj (ĠU 2006, L 353, p. 36).
Dispożittiv
1)
Id-Deċiżjoni 2006/900/KE tal-Kummissjoni, tal-20 ta' Ottubru 2005, dwar l-għajnuna mill-Istat li r-Repubblika tal-Finlandja implementat bħala għajnuna għall-investiment favur l-impriża Componenta Oyj hija annullata.
2)
Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk subiti minn Componenta.
3)
Ir-Repubblika tal-Finlandja għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 48, 25.2.2006.
Full & Egal Universal Law Academy