7.2.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 32/26
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-10 ta' Diċembru 2008 — JTEKT vs UASI (IFS)
(Kawża T-462/05) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali IFS - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta' karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament Nru (KE) Nru 40/94’)
(2009/C 32/47)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: JTEKT Corp., li qabel kienet Toyoda Koki Kabushiki Kaisha (Aichi-ken, il-Ġappun) (rappreżentanti: inizjalment J. Wachinger u M. Zöbisch, sussegwentement M. De Zorti, M. Koch u T. Grimm, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni R 1157/2004-1 tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-14 ta' Settembru (Każ R 1157/2004-1) dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark verbali IFS bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-14 ta' Settembru 2005 (Każ R 1157/2004-1) hija annullata.
2)
L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk ta' JTEKT Corp.
(1) ĠU C 74, 25.3.2006.
Full & Egal Universal Law Academy