6.12.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 313/33
Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-8 ta' Ottubru 2008 — Gippini Fournier vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-23/05) (1)
(“Rikors għal annullament - Rikors għad-danni - Servizz pubbliku - Promozzjoni - Attribuzzjoni ta' punti ta' prijorità - Atti li ma jistgħux jiġu kkontestati - Atti preparatorji - Inammissibbiltà’)
(2008/C 313/60)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Éric Gippini Fournier (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment A. Theissen, u sussegwentement F. Ruggeri Laderchi, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: G. Berscheid u V. Joris, aġenti, assistiti minn D. Waelbroek, avukat)
Suġġett
Minn naħa, l-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li ma tagħti lir-rikorrent l-ebda punt ta' prijorità tad-Direttorat Ġenerali fil-proċedura ta' promozzjoni 2003, li tiċħad ir-rikors tiegħu quddiem il-Kumitat ta' Promozzjoni intiż sabiex jiġi attribwit punti ta' prijorità irrispettivament mid-deskrizzjoni tagħhom u li tiċħad li tattribwilu punti ta' prijorità għal xogħol fl-interess tal-istituzzjoni kif ukoll, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
2)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.
(1) ĠU C 82, 2.4.2005.
Full & Egal Universal Law Academy