26.9.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 233/14
Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tad-29 ta’ Ġunju 2009 — Athinaïki Techniki vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-94/05) (1)
(“Għajnuna mill-Istat - Ilment - Deċiżjoni li ttemm l-ilment - Rinviju lill-Qorti tal-Prim’Istanza wara annullament - Revoka tad-deċiżjoni kkontestata - M’hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)
2009/C 233/24
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Athinaïki Techniki AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: S. Pappas, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: D. Triantafyllou, aġent)
Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Athens Resort Casino AE Symmetochon (Marrousi, il-Greċja) (rappreżentanti: F. Carlin, barrister, u N. Korogiannakis, avukat)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-2 ta’ Diċembru 2004, li ttemm l-ilment tar-rikorrenti li jirrigwarda allegata għajnuna mill-Istat mogħtija mir-Repubblika Ellenika lill-konsorzju ta’ Hyatt Regency fil-kuntest tal-kuntratt pubbliku “Casino Mont Parnès”.
Dispożittiv
(1)
M’hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq dan ir-rikors.
(2)
Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għandha tbati l-ispejjeż kollha.
(1) ĠU C 106, 30.4.2005.
Full & Egal Universal Law Academy