19.11.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 340/20
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Settembru 2011 — Athinaïki Techniki vs Il Kummissjoni
(Kawża T-94/05 RENV II) (1)
(Għajnuna mill-Istat - Ilment - Deċiżjoni li ma tittiħidx azzjoni fir-rigward tal-ilment - Rinviju lill-Qorti Ġenerali wara annullament - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)
2011/C 340/40
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Athinaïki Techniki AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: S. Pappas, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: D. Triantafyllou, aġent)
Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Athens Resort Casino AE Symmetochon (Marrousi, il-Greċja) (rappreżentant: P. Spyropoulos, avukat)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-2 ta’ Diċembru 2004, li ttemm l-ilment tar-rikorrenti li jirrigwarda għajnuna mill-Istat mogħtija mir-Repubblika Ellenika lill-konsorzju ta’ Hyatt Regency fil-kuntest tal-kuntratt pubbliku “Casino Mont Parnès”.
Dispożittiv
(1)
Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq dan ir-rikors.
(2)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha u nofs l-ispejjeż sostnuti minn Athinaiki Techniki AE.
(3)
Athinaïki Techniki għandha tbati nofs l-ispejjeż tagħha.
(4)
Athens Resort Casino AE Symmetochon għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 106, 30.04.2005.
Full & Egal Universal Law Academy