19.11.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 340/20
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Settembru 2011 — Internationaler Hilfsfonds vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-141/05 RENV) (1)
(Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti dwar il-Kuntratt LIEN 97-2011 - Rifjut ta’ aċċess - Eżami ġdid fil-mori tal-kawża - Preżentata ta’ rikors separat - Tmiem tal-interess ġuridiku - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)
2011/C 340/41
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Internationaler Hilfsfonds eV (Rosbach, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H. Kaltenecker, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Costa de Oliveira u T. Scharf, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Frar 2005 li jirrifjutaw lil Internationaler Hilfsfonds l-aċċess sħiħ għall-fajl dwar il-kuntratt LIEN 97-2011
Dispożittiv
(1)
Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talbiet ta’ Internationaler Hilfsfonds eV intiżi għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tal-14 ta’ Frar 2005, li tiċħad it-talba tagħha għal aċċess għall-fajl dwar il-kuntratt LIEN 97-2011.
(2)
Internationaler Hilfsfonds hija kkundannata tbati kemm l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni.
(1) ĠU C 143, 11.06.2005.
Full & Egal Universal Law Academy