25.10.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 272/26
Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-27 ta' Awwissu 2008 — Adomex International vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-315/05) (1)
(“Rikors għal annullament - Għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Olandiżi fis-settur tal-florikultura - Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet - Persuna mhux ikkonċernata individwalment - Inammissibbiltà manifesta’)
(2008/C 272/49)
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Partijiet
Rikorrenti: Adomex International (Aalsmeer, l-Olanda) (rappreżentanti: G. van der Wal u T. Boesman, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: H. van Vliet u A. Stobiecka-Kuik, aġenti)
Suġġett
L-annullament tad-Deċiżjoni C (2005) 592 finali tal-Kummissjoni, tas-16 ta' Marzu 2005, li ma jitqajmux oġġezzjonijiet fir-rigward tal-għajnuna N 372/2003 dwar is-settur tal-florikultura, innotifikata mill-awtoritajiet Olandiżi.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.
2)
Adomex International BV hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 281, 12.11.2005.
Full & Egal Universal Law Academy