6.11.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 301/28
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Settembru 2010 — Il-Portugall vs Transnáutica u Il-Kummissjoni
(Kawża T-385/05 TO) (1)
(Oppożizzjoni minn terzi - Possibbiltà li t-terz li jopponi jipparteċipa fil-kawża prinċipali - Nuqqas ta’ preġudizzju għad-drittijiet tat-terz li jopponi - Inammissibbiltà)
2010/C 301/47
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Terz li jopponi: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes, A. C. Santos, J. Gomes u P. Rocha, aġenti)
Partijiet oħra fil-proċedura: Transnáutica — Transportes e Navegação, SA (Matosinhos, il-Portugall) (rappreżentanti: C. Fernández Vicién, D. Ortigão Ramos, P. Carmona Botana, M. T. López Garrido u P. Vidal Matos, avukati); u l-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u L. Bouyon, avukati)
Suġġett
Talba mressqa minn terz li jopponi kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali, tat-23 ta’ Settembru 2009, Transnáutica vs Il-Kummissjoni (T-385/05, mhux ippubblikata fil-Ġabra).
Dispożittiv
(1)
It-talba mressqa minn terz li jopponi hija miċħuda bħala inammissibbli.
(2)
Ir-Repubblika Portugiża għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti minn Transnáutica — Transportes e Navegação, SA, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.
(3)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 330, 24.12.2005.
Full & Egal Universal Law Academy