9.3.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 71/20
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Jannar 2013 — MyTravel vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-403/05 RENV) (1)
(Aċċess għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet - Dokumenti li jikkonċernaw deċiżjoni ta’ konċentrazzjoni annullata mill-Qorti Ġenerali - Rifjut li jingħata l-aċċess - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)
2013/C 71/31
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: MyTravel Group plc (Rochdale, Lancashire, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: inizjalment S. Cardell, B. Louveaux, P. Walter u P. Horan, solicitors, sussegwentement B. Louveaux, P. Walter u P. Horan, solicitors)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment C. O’Reilly u P. Costa de Oliveira, aġenti, sussegwentement P. Costa de Oliveira)
Partijiet intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Renju tal-Isvezja (rappreżentanti: inizjalment A. Falk, C. Meyer-Seitz, C. Stege u U. Persson, aġenti, sussegwentement A. Falk u U. Persson, aġenti); Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: C. H. Vang u V. Pasternak Jørgensen, aġenti); Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: C. Wissels u J. Langer, aġenti); u r-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentant: J. Heliskoski, aġenti)
Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: M. Lumma u B. Klein, aġenti); Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: E. Belliard, G. de Bergues u A. Adam, aġenti); u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: E. Jenkinson u S. Ossowski, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Settembru [D(2005) 8461] u tat-12 ta’ Ottubru 2005 [D(2005) 9763] li jiċħdu talba mressqa mir-rikorrenti sabiex tingħata aċċess għal ċerti dokumenti preparatorji tad-Deċiżjoni 2000/276/KE tal-Kummissjoni, tat-22 ta’ Settembru 1999, li tiddikkjara konċentrazzjoni inkompatibbli mas-suq komuni u mal-Ftehim ŻEE (Każ IV/M.1524 — Airtours vs First Choice) (ĠU 2000, L 93, p. 1), kif ukoll għal dokumenti redatti mid-dipartimenti tal-Kummissjoni wara l-annullament ta’ din id-deċiżjoni permezz tas-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tas-6 ta’ Ġunju 2002, Airtours vs Il-Kummissjoni (T-342/99, Ġabra p. II-2585).
Dispożittiv
(1)
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.
(2)
MyTravel Group plc għandha tbati nofs l-ispejjeż tagħha fil-Kawżi T-403/05 u T-403/05 RENV kif ukoll nofs l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-Kawżi T-403/05 u T-403/05 RENV.
(3)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati nofs l-ispejjeż tagħha fil-Kawżi T-403/05 u T-403/05 RENV kif ukoll nofs l-ispejjeż sostnuti minn MyTravel Group plc fil-Kawżi T-403/05 u T-403/05 RENV.
(4)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mir-Renju tal-Isvezja fil-Kawża C-506/08 P.
(5)
Ir-Renju tal-Isvezja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu fil-Kawża T-403/05 RENV.
(6)
Ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom fil-Kawżi C-506/08 P u T-403/05 RENV.
(1) ĠU C 10, 14.1.2006.
Full & Egal Universal Law Academy