12.1.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 8/15
Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-22 ta' Novembru 2007 — Investire Partecipazioni vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-418/05) (1)
(“Rikors għal annullament - ERDF - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Att preparatorju - Inammissibbiltà’)
(2008/C 8/28)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Investire Partecipazioni SpA (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: G.M. Roberti u A. Franchi, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: L. Flynn u M. Velardo, aġenti, assistiti minn G. Faedo, avukat)
Suġġett
Talbiet għall-annullament tad-deċiżjonijiet li jinsabu f'zewġ ittri tad-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni “Politika Regjonali” tal-11 u tat-23 ta' Awwissu 2005, mibgħuta lir-Rappreżentanza Permanenti tar-Repubblika Taljana għall-Unjoni Ewropea u li jirrigwardaw l-ineliġibbiltà, għall-għajnuna mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, ta' miżura prevista mid-dokument ta' programmar individwali għall-perijodu bejn l-1997 u l-1999 relattiv għar-reġjun ta' Piemonte (l-Italja) taħt l-Objettiv 2.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
2)
Investire Partecipazioni SpA għandha tbati l-ispejjeż.
(1) ĠU C 22, 28.1.2006.
Full & Egal Universal Law Academy