Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ Jannar 2008 – Hoya vs UASI – Indo (AMPLITUDE)
(Kawża T-9/05)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark verbali Komunitarja ‘AMPLITUDE’ – Trademark figurattiva nazzjonali preċedenti ‘AMPLY’ – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 KE”
Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 59, 62-64)
Suġġett
Rikors imressaq kontra d-deċiżjoni ta’ l-Ewwel Bord ta’ l-Appell ta’ l-UASI tat-3 ta’ Novembru 2004 (Każ R 433/2004-1) li tirrigwarda proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Indo Internacional, SA u Hoya Kabishiki Kaisha.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
Hoya Kabushiki Kaisha
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark verbali AMPLITUDE għal prodotti fil-klassi 9 – Applikazzjoni Nru 001723931
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta’ l-oppożizzjoni:
Indo Internacional, SA
Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta’ l-oppożizzjoni:
Trade mark nazzjonali figurattiva AMPLY
Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta’ l-Oppożizzjoni:
Oppożizzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord ta’ l-Appell:
Deċiżjoni appellata annullata; reġistrazzjoni rrifjutata
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Hoya Kabishiki Kaisha hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy