Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tat-3 ta’ Frar 2011 - Cetarsa vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-33/05)
“Kompetizzjoni − Akkordji − Suq Spanjol tax-xiri u tal-ewwel ipproċessar ta’ tabakk mhux maħdum − Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE − Iffissar tal-prezzijiet u tqassim tas-suq − Multi − Gravità u tul tal-ksur − Trattament ugwali − Prinċipju ta’ proporzionalità − Limitu massimu ta’ 10 % tad-dħul mill-bejgħ − Kooperazzjoni”
1. Kompetizzjoni - Multi - Ammont - Prinċipju ta’ trattament ugwali - Impożizzjoni ta’ multa simbolika fuq ċerti impriżi u ta’ multa sostanzjali fuq ċerti impriżi oħra - Ammissibbiltà (Regolament tal-Kunsill Nru 17, Artikolu 15) (ara l-punti 68, 69, 77-79)
2. Atti tal-istituzzjonijiet - Linji gwida għall-kalkolu tal-multi imposti fil-każ ta’ ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni - Att intiż sabiex jipproduċi effetti esterni - Portata (Regolament tal-Kunsill Nru 17, Artikolu 15; Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03) (ara l-punt 102)
3. Kompetizzjoni - Multi - Ammont - Determinazzjoni - Kriterji - Gravità tal-ksur - Evalwazzjoni - Evalwazzjoni każ b’każ - Teħid inkunsiderazzjoni ta’ kriterji mhux espressament imsemmija fil-linji gwida adottati mill-Kummissjoni (Regolamenti tal-Kunsill Nru 17, Artikolu 15(2), u Nru 1/2003, Artikolu 23(3); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03) (ara l-punt 102)
4. Kompetizzjoni - Multi - Ammont - Determinazzjoni - Kriterji - Gravità tal-ksur - Evalwazzjoni - Interdipendenza bejn it-tliet kriterji espressament imsemmija fil-linji gwida adottati mill-Kummissjoni - Klassifikazzjoni ta’ ksur bħala serju ħafna - Rwol essenzjali tal-kriterju bbażat fuq in-natura tal-ksur - Nuqqas ta’ awtonomija ta’ dak ibbażat fuq id-daqs tas-suq tal-prodotti inkwistjoni (Regolamenti tal-Kunsill Nru 17, Artikolu 15(2) u Nru 1/2003, Artikolu 23(3); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03) (ara l-punti 100, 103, 105, 106, 111-115)
5. Kompetizzjoni - Multi - Ammont - Determinazzjoni - Kriterji - Gravità tal-ksur - Iffissar tal-multa proporzjonalment mal-elementi ta’ evalwazzjoni tal-gravità tal-ksur (Regolament tal-Kunsill Nru 17, Artikolu 15(2)) (ara l-punt 107)
6. Kompetizzjoni - Akkordji - Ftehim bejn impriżi - Effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri - Kriterji ta’ evalwazzjoni (Artikolu 81(1) KE) (ara l-punti 120-125)
7. Kompetizzjoni - Multi - Ammont - Stħarriġ ġudizzjarju - Ġurisdizzjoni sħiħa - Obbligu tad-destinatarju tad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet li jikkontesta d-diversi punti ta’ liġi u ta’ fatt tagħha matul il-proċedura amministrattiva sabiex ikun jista’ jinvokhom matul il-proċeduri ġudizzjarji - Assenza (Artikoli 81 KE, 82 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 31) (ara l-punt 127)
8. Kompetizzjoni - Multi - Ammont - Determinazzjoni - Kriterji - Impatt konkret fuq is-suq - Obbligu li jintwera tali impatt sabiex ksur jiġi kklassifikat bħala serju ħafna - Assenza (Regolamenti tal-Kunsill Nru 17, Artikolu 15(2) u Nru 1/2003, Artikolu 23(3); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03, l-ewwel paragrafu tal-punt 1 A) (ara l-punti 137, 138)
9. Kompetizzjoni - Multi - Kuntest ġuridiku - Determinazzjoni - Rilevanza tal-prassi deċiżjonali preċedenti tal-Kummissjoni - Assenza (Regolamenti tal-Kunsill Nru 17 u Nru 1/2003) (ara l-punt 149)
10. Kompetizzjoni - Multi - Ammont - Determinazzjoni - Kriterji - Gravità tal-ksur - Evalwazzjoni - L-ewwel każ ta’ applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni f’settur speċifiku tal-ekonomija - Nuqqas ta’ effett (Regolamenti tal-Kunsill Nru 17 u Nru 1/2003) (ara l-punt 163)
11. Kompetizzjoni - Multi - Ammont - Determinazzjoni - Kriterji - Tul tal-ksur - Żieda fl-ammont inizjali tal-multa - Teħid inkunsiderazzjoni tal-varjazzjonijiet fl-intensità tal-ksur - Esklużjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 17, Artikolu 15(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03, punt 1 B) (ara l-punt 177)
12. Kompetizzjoni - Multi - Ammont - Determinazzjoni - Kriterji - Gravità tal-ksur - Portata tal-impatt reali fuq il-kompetizzjoni tal-aġir li jikkostitwixxi ksur ta’ kull impriża – Natura rilevanti tas-sehem mis-suq ta’ kull waħda mill-impriżi kkonċernati (Regolament tal-Kunsill Nru 17, Artikolu 15(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03) (ara l-punti 195, 199-203)
13. Kompetizzjoni - Akkordji - Ftehim bejn impriżi - Parteċipazzjoni allegatament forzata - Ċirkustanza li ma tikkostitwixxix fatt ġustifikattiv għal impriża li ma użatx il-possibbiltà ta’ denunzja lill-awtoritajiet kompetenti (Artikolu 81(1) KE) (ara l-punt 217)
14. Kompetizzjoni - Multi - Ammont - Determinazzjoni - Obbligu li jittieħed inkunsiderazzjoni d-dħul mill-bejgħ tal-impriżi kkonċernati u li tiġi żgurata l-proporzjonalità tal-multi ma’ dan id-dħul mill-bejgħ - Assenza (Regolament tal-Kunsill Nru 17, Artikolu 15(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03) (ara l-punt 234)
15. Kompetizzjoni - Multi - Ammont - Determinazzjoni - Kriterji - Tnaqqis tal-ammont tal-multa inkambju għall-kooperazzjoni mal-Kummissjoni tal-impriża inkriminata - Tnaqqis mill-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni tar-regola tal-limitu tal-ammont tal-multi (Regolament tal-Kunsill Nru 17, Artikolu 15(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 96/C 207/04) (ara l-punt 246)
16. Kompetizzjoni - Multi - Ammont - Determinazzjoni - Kriterji - Tnaqqis tal-ammont tal-multa inkambju għall-kooperazzjoni tal-impriża inkriminata - Kundizzjonijiet - Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 17 u Nru 1/2003; Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 96/C 207/04) (ara l-punti 255, 256)
Suġġett
Fl-ewwel lok, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2004) 4030 finali, tal-20 ta’ Ottubru 2004, dwar proċedura skont l-Artikolu 81(1) [KE] (Każ COMP/C.38.238/B.2 - Tabakk mhux maħdum - Spanja), fit-tieni lok u sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti f’din id-deċiżjoni u, fit-tielet lok, kontrotalba tal-Kummissjoni għaż-żieda tal-imsemmi ammont.
Dispożittiv
1)
L-ammont tal-multa imposta fuq Compañía española de tabaco en rama, SA (Cetarsa) fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2004) 4030 finali, tal-20 ta’ Ottubru 2004, dwar proċedura skont l-Artikolu 81(1) [KE] (Każ COMP/C.38.238/B.2 - Tabakk mhux maħdum - Spanja), huwa ffissat għal EUR 3 147 300.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
Il-kontrotalba tal-Kummissjoni Ewropea hija miċħuda.
4)
Cetarsa għandha tbati tmien partijiet minn għaxar partijiet tal-ispejjeż tagħha u tmien partijiet minn għaxar partijiet tal-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni. Din tal-aħħar għandha tbati żewġ partijiet minn għaxar partijiet tal-ispejjeż tagħha u żewġ partijiet minn għaxar partijiet tal-ispejjeż sostnuti minn Cetarsa.
Full & Egal Universal Law Academy