Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla) tas-6 ta’ Novembru 2007 – Omega vs UASI – Omega Engineering (Ω OMEGA)
(Kawża T-90/05)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva u verbali Ω OMEGA – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti OMEGA – Raġuni relattiva għal rifjut – Invokazzjoni mill-applikant għat-trade mark Komunitarja ta’ trade mark nazzjonali identika għal dik li saret l-applikazzjoni għaliha u preċedenti għat-trade mark nazzjonali li abbażi tagħha saret l-oppożizzjoni – Probabbiltà ta’ konfużjoni”
1. Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 42-43, 50)
Suġġett
Rikors kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta’ l-Appell ta’ l-UASI ta’ l-10 ta’ Diċembru 2004 (Każ R 330/2002-2) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Omega Engineering, Inc. u Omega SA.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant tat-trade mark Komunitarja:
Omega SA
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark figurattiva u verbali Ω OMEGA għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 9, 14, 16, 25, 28, 35, 37, 38, 41 u 42 – Applikazzjoni Nru 225771
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta’ l-oppożizzjoni:
Omega Engineering, Inc.
Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta’ l-oppożizzjoni:
Trade marks verbali figurattivi nazzjonali OMEGA, MICROMEGA, OMEGA.COM, OMEGASOFT, OMEGANET, għal prodotti fil-klassijiet 1, 2, 6, 7, 8, 9, 11, 14, 16, 17, 18, 35, 41 u 42
Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta’ l-Oppożizzjoni:
Reġistrazzjoni tal-prodotti u s-servizzi fil-klassijiet 9 u 42 irrifjutata
Deċiżjoni tal-Bord ta’ l-Appell:
Appell miċħud
1)
Dispożittiv
2)
Ir-rikors huwa miċħud.
3)
Omega SA hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy