Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Seba’ Awla) tal-11 ta’ Marzu 2009 – Borax Europe vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-121/05)
“Aċċess għal dokumenti – Regolament (KE) Nru 1049/2001 – Dokumenti u reġistrazzjonijiet ta’ ħoss – Rifjut li jingħata aċċess – Eċċezzjoni dwar il-ħarsien tal-privatezza u tal-integrità tal-individwu – Eċċezzjoni dwar il-ħarsien tal-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet”
Komunitajiet Ewropej – Istituzzjonijiet – Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti – Regolament Nru 1049/2001(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, Artikoli 3 u 4(3) (ara l-punti 33-35, 43, 63, 66-70, 73)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Kummissjoni, tas-17 ta’ Jannar 2005, li tirrifjuta l-aċċess għal ċerti dokumenti u reġistrazzjonijiet ta’ ħoss fil-kuntest tal-adattament għall-progress tekniku, għat-tletin darba, tad-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE, tas-27 ta’ Ġunju 1967, rigward l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-disposizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar ta’ sustanzi perikolużi (Kapitolu 13, Vol. 1, p. 27).
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Kummissjoni, tas-17 ta’ Jannar 2005, li tirrifjuta l-aċċess għal ċerti dokumenti u reġistrazzjonijiet ta’ ħoss fil-kuntest tal-adattament għall-progress tekniku għat-tletin darba, tad-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE, tas-27 ta’ Ġunju 1967, rigward l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-disposizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar ta’ sustanzi perikolużi, hija annullata.
2)
Il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy