Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla) tal-5 ta’ Ġunju 2008 – Internationaler Hilfsfonds vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-141/05)
“Rikors għal annullament – Aċċess għal dokumenti – Regolament (KE) Nru 1049/2001– Rifjut parzjali – Att li ma jistax jiġi kkontestat – Att purament konfermattiv – Inammissibbiltà”
1. Rikors għal annullament – Atti li jistgħu jiġu kkontestati – Kunċett – Atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti (Artikolu 230KE; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, Artikoli 7(1) u 8; Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/937, Artikoli 3 u 4 tal-Anness) (ara l-punti 56 sa 57, 79, 108 sa 110)
2. Ombudsman Ewropew – Rimedju alternattiv għar-rikors quddiem il-qorti Komunitarja – Impossibbiltà li jintużaw iż-żewġ rimedji b’mod parallel (Artikolu 195(1) KE; Artikoli 2(6) u 7 tal-Istatut tal-Ombudsman Ewropew) (ara l-punt 59)
3. Rikors għal annullament – Rikors kontra deċiżjoni li sempliċement tikkonferma deċiżjoni preċedenti (Artikolu 230 KE) (ara l-punti 69 sa 70, 81 sa 82)
Suġġett
Talba għall-annullament tal-allegata deċiżjoni inkluża fl-ittra tal-Kummissjoni tal- 14 ta’ Frar 2005 li tirrifjuta lir-rikorrenti l-aċċess għal ċerti dokumenti tal-fajl relattiv għall-kuntratt LIEN 97-2011.
Dispożittiv
1)
1) Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
2)
Internationaler Hilfsfonds eV għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni.
Full & Egal Universal Law Academy