Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tielet Awla) tas-16 ta' Mejju 2007 – Trek Bicycle vs UASI – Audi (ALLTREK)
(Kawża T-158/05)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali ALLTREK – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti TREK – Raġuni relattiva għal rifjut ta’ reġistrazzjoni – Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Nuqqas ta’ xebh bejn il-prodotti – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”
Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni minn proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew simili rreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew simili (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)( b)) (ara l-punti 83-84)
Suġġett
Rikors imressaq kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Awla tal-Bord ta’ l-Appell ta’ l-UASI tat-2 ta’ Frar 2005 (Każ R 587/2004-4), dwar il-proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Trek Bicycle Corp. u Audi AG.
Informazzjoni dwar il-kawża
L-applikant għal trade mark Komunitarja:
Audi AG
It-trade mark Komunitarja kkonċernata:
It-trade mark verbali ALLTREK għal prodotti u servizzi tal-klassi 9, 12 u 42 – talba Nru 1910256
Il-proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta’ l-oppożizzjoni:
Trek Bicycle Corp.
It-trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta’ l-oppożizzjoni:
It-trade mark verbali Ġermaniża TREK għal prodotti fil-klassijiet 6, 9, 11, 12 u 21 – applikazzjoni Nru 2092896
Id-deċiżjoni tad-Diviżjoni ta’ l-Oppożizzjoni:
Ċaħda parzjali ta’ l-oppożizzjoni
Id-deċiżjoni tal-Bord ta’ l-Appell:
Ċaħda tar-rikors
Dispożittiv
Ir-rikors huwa miċħud.
Ir-rikorrenti hija kkundannata għall-ispejjeż sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni).
L-intervenjenti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
Full & Egal Universal Law Academy