Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Ir-Raba’ Awla) tat-13 ta’ Ġunju 2007 – Grether vs UASI – Crisgo (FENNEL)
(Kawża T-167/05)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva FENNEL – Trade mark Komunitarja verbali preċedenti FENJAL – Raġuni relattiva għal rifjut – Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b), it-tieni sentenza ta’ l-Artikolu 73 u l-Artikolu 74(1) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”
Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah reġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebħu (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 72, 74)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tar-Raba’ Bord ta’ l-Appell ta’ l-UASI ta’ l-14 ta’ Ottubru 2004 (Każ R 250/2002-4) rigward proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Grether AG u Crisgo (Thailand) Co., Ltd.
Informazzjoni dwar il-kawża
L-applikant tat-trade mark Komunitarja:
Crisgo (Thailand) Co., Ltd
It-trade mark Komunitarja kkonċernata:
It-trade mark figurattiva FENNEL għal prodotti fil-klassi 3 – applikazzjoni Nru 903922
Il-proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta’ l-oppożizzjoni:
Grether AG
It-trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta’ l-oppożizzjoni:
It-trade mark verbali Komunitarja FENJAL għal prodotti fil-klassi 3
Id-deċiżjoni tad-Diviżjoni ta’ l-Oppożizzjoni:
Tiċħad l-oppożizzjoni
Id-deċiżjoni tal-Bord ta’ l-Appell:
Tiċħad l-appell
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Ir-rikorrenti hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy