Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Ir-Raba’ Awla) ta’ l-14 ta’ Frar 2008 – Usinor vs UASI – Corus UK (GALVALLOY)
(Kawża T-189/05)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali GALVALLOY – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti GALVALLIA – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”
Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja –Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 69, 71-72)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell ta’ l-UASI, ta’ l-10 ta’ Frar 2005 (Każ R 411/2004-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Unisor SA u Corus UK Ltd.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
Corus UK Ltd
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark verbali GALVALLOY għal prodotti fil-klassi 6 – Applikazzjoni Nru 796557
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn tal-oppożizzjoni:
Usinor SA
Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta’ l-oppożizzjoni:
Trade mark nazzjonali verbali GALVALLIA għal prodotti fil-klassi 6
Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta’ l-Oppożizzjoni:
Reġistrazzjoni rrifjutata
Deċiżjoni tal-Bord ta’ l-Appell:
Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta’ l-Oppożizzjoni annullata
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni ta’ l-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) ta’ l-10 ta’ Frar 2005 (Każ R 411/2004-1) hija annullata.
2)
Il-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu, kif ukoll dawk ta’ Unisor SA.
3)
Corus UK Ltd għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
Full & Egal Universal Law Academy