Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (L-Ewwel Awla) tat-12 ta’ Novembru 2008 – Nalocebar vs UASI – Limiñana y Botella (Limoncello di Capri)
(Kawża T-210/05)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Limoncello di Capri – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti LIMONCHELO – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”
Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 25-27, 51-53)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-18 ta’ Marzu 2005 (Każ R 646/2004-1) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Limiñana y Botella, SL u Nalocebar – Consultores e Serviços, L d ª.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
Big Ben Establishment Ltd. Ir-rikorrenti akkwistat l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ippreżentata minn Big Ben Establishment
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark figurattiva Limoncello di Capri għall-prodotti fil-klassijiet 30, 32 u 33
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
Limiñana y Botella, SL
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
Trade mark verbali Spanjola Limonchelo għal prodotti fil-klassi 33
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:
Reġistrazzjoni rrifjutata
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Appell miċħud
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Nalocebar – Consultores e Serviços, Ldª hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy